Ċifri inkwetanti ppubblikati fl-aħħar sigħat mill-Eurostat juru li l-Maltin kienu l-aktar poplu Ewropew li kien espost għal tniġġis. Ir-rata f’malta fil-fatt hi ta’ 26.5%, li jfisser aktar minn kwart tal-popolazzjoni.
Din l-istatistika turi li madwar l-Ewropa kien hemm medja ta’ 14% ta’ rapporti minn ċittadini Ewropej li esperjenzaw xi forma ta’ tniġġis.
Wara Malta tiġi l-Ġermanja b’24.5% segwita mill-Greċja b’20.3%.
Dawn iċ-ċifri huma għas-sena 2017.
