Sport Sport Ieħor

RITRATTI: Jitilgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja

(Ritratt: Martin Agius)

Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja qed tkompli toqrob, bil-klabbs jinsabu fl-aħħar jiem tat-taħriġ tagħhom. L-Erbgħa waranofsinhar fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera telgħu anki l-poloz dwar minn liema pożizzjoni se jikkompetu s-seba’ distretti parteċipanti.

Il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor Stephen Paris qal li se jkun hemm tliet Shields li se jkunu preżentati nhar il-Ħadd, shield żgħira tan-nisa, dik tal-Kategorija B u tal-Kategorija Open. Hu ppreżenta wkoll it-trofej relatati mar-rebħ taż-żewġ kategoriji.

Preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li saħaq dwar l-importanza li jattiraw aktar żgħażagħ lejn dan l-isport biex jiġi assigurat il-futur filwaqt li tkellem dwar il-bżonn li jikber il-qdif ieħor li jaqa’ taħt l-assoċjazzjoni.

(Ritratt: Martin Agius)

Stephen Paris ta tliet rikonoxximenti b’ringrazzjament tal-ħidma li twettqet b’risq ir-regatta. L-ewwel rikonoxximent ingħata lil Alfred Busuttil, persuna li taħdem fil-volontarjat u għen biex sar ir-restawr meħtieġ fuq ix-shield. It-tieni rikonoxximent ingħata lill-eks President tal-assoċjazzjoni l-Professur Joseph Grima li kien il-predeċessur tal-istess Paris, bit-tielet rikonoxximent jingħata lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.

Paris kellu wkoll sorpriża għall-klabbs kollha. Il-President tal-assoċjazzjoni qal li fil-proċess tar-restawr tax-shield, inbidlu l-midalji oriġinali u tpoġġew oħrajn iżgħar biex ikun hemm aktar post fejn jitpoġġew il-midalji. Minħabba li l-assoċjazzjoni ma għandix uffiċini tagħha, Paris ħass il-bżonn li l-midalji l-antiki li kienu fuq ix-shield, jingħataw lill-klabbs skont is-sena li rebħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Hu qal li b’hekk tkun konservata wkoll l-istorja ta’ dan l-isport.

Mis-seba’ distretti parteċipanti, Birżebbuġa huma l-uniku klabb li qatt ma rebaħ ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Iżda l-President tal-assoċjazzjoni ppreżenta plattin fi frame lill-President tal-klabb Ian Farrugia fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju minn meta l-klabb reġa’ beda jiffunzjona. Segwew il-preżentazzjonijiet lil kull klabb.

Il-poloz kollha

Tiġrija tan-nisa – Frejgatina

1. Birgu, 2. Birżebbuġa, 3. Senglea, 4. Kalkara, 5. Marsa, 6. Marsamxett, 7. Bormla

Tiġrija Numru 1 – Kategorija B – Tal-Pass b’żewġ imqadef

1. Birżebbuġa, 2. Marsa, 3. Kalkara, 4. Bormla, 5. Senglea, 6. Birgu, 7. Marsamxett

Tiġrija Numru 2 – Kategorija A – Tal-Midalji

1. Birgu, 2. Bormla, 3. Birżebbuġa, 4. Marsa, 5. Senglea, 6. Marsamxett, 7. Kalkara

Tiġrija Numru 3 – Kategorija B – Kajjiki

1. Bormla, 2. Senglea, 3. Marsa, 4. Kalkara, 5. Marsamxett, 6. Birgu, 7. Birżebbuġa

Tiġrija Numru 4 – Kategorija A – Frejgatina

1. Birżebbuġa, 2. Birgu, 3. Marsa, 4. Bormla, 5. Senglea, 6. Kalkara, 7. Marsamxett

Tiġrija Numru 5 – Kategorija B – Tal-Midalji

1. Bormla, 2. Marsamxett, 3. Kalkara, 4. Marsa, 5. Birżebbuġa, 6. Birgu, 7. Senglea

Tiġrija Numru 6 – Kategorija A – Tal-Pass b’żewġ imqadef

1. Birgu, 2. Bormla, 3. Senglea, 4. Marsamxett, 5. Marsa, 6. Birżebbuġa, 7. Kalkara

Tiġrija Numru 7 – Kategorija B – Frejgatina

1. Bormla, 2. Marsamxett, 3. Senglea, 4. Birżebbuġa, 5. Kalkara, 6. Marsa, 7. Birgu

Tiġrija Numru 8 – Kategorija A – Kajjiki

1. Bormla, 2. Kalkara, 3. Marsamxett, 4. Marsa, 5. Birżebbuġa, 6. Senglea, 7. Birgu

Tiġrija Numru 9 – Kategorija B – Tal-Pass b’erba’ mqadef

1. Senglea, 2. Bormla, 3. Marsa, 4. Marsamxett, 5. Birgu, 6. Kalkara, 7. Birżebbuġa

Tiġrija Numru 10 – Kategorija A – Tal-Pass b’erba’ mqadef

1. Marsamxett, 2. Senglea, 3. Kalkara, 4. Birgu, 5. Bormla, 6. Birżebbuġa, 7. Marsa