Fl-aħħar ħin Net News daħlitlu informazzjoni li residenza fil-Mosta ħadet in-nar – każ li seħħ fi Triq il-Kaħwiela għall-ħabta tal-2.35pm.
Jidher li ħadd ma weġġa’ hekk kif fir-residenza ma kien hemm ħadd fil-ħin li fih żviluppa n-nar.
Fil-post hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Bħalissa, f’toroq fil-viċinanza hemm ammont kbir ta’ traffiku u b’hekk is-sewwieqa huma mħeġġa biex jieħdu toroq alternattivi.
//= $special ?>
