Lokali

Żewġ aħwa Rumeni jinqabdu b’31 kg kannabis

Żewġt aħwa Rumeni dal-lejl inqabdu mill-Pulizija u minn Uffiċjali tad-Dwana ta’ Malta huma u deħlin f’pajjiżna minn Pozzallo b’kunsinna ta’ 31 kilogramma kannabis.

Nifhmu li din id-droga nqabdet f’qiegħ falz ta’ karozza. Id-droga nstabet moħbija grazzi għal tiftix estensiv li sar fuqha mill-Pulizija u l-uffiċjali tad-Dwana.

Iż-żewġ Rumeni qed jgħinu lill-Pulizija mis-Sezzjoni ta’ Kontra d-Droga u mistennija jitressqu l-Qorti matul il-ġurnata ta’ għada.

Iktar tagħrif fil-ħin li ġej.