Illum, il-Pulizija t’Għawdex ressqet b’arrest il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana, raġel Libjan ta’ 40 sena.
Huwa ġie akkużat talli nhar il-5 ta’ Settembru 2019, f’xi ħin bejn id-9am u l-10am ta’ filgħodu, waqt li kien fi blokka ta’ appartamenti fi Triq is-Sruġ, ix-Xagħra, Għawdex u fil-viċinanzi inġurja u mingħajr ma darab, hedded permezz ta’ ħadida u arma li taqta’ u bil-ponta, żewġ persuni.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li volontarjament kiser il-kwiet u l-paċi pubblika fost akkużi oħra.
Is-suspettat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.
//= $special ?>