Lokali

Anzjana ta’ 93 sena tittajjar u titħalla aktar minn sagħtejn tistenna ambulanza

Net News irċieva rapporti li dalgħodu għall-ħabta tal-11.00am ittajret anzjana li għandha 93 sena u li tħalliet tistenna ambulanaza għal minn tal-anqas sagħtejn.

Persuni li tkellmu ma’ Net News ftit ilu qalulna li l-anzsja kienet għadha qed tistenna l-ambulanza tiġi għaliha biex teħodha l-isptar.

L-inċident seħħ fi Triq San Ġużepp, Ħal Luqa, qrib tal-Knisja tar-raħal u pulizija mill-għassa li tinsab biss ftit metri l’bogħod marru fuq il-post.

Jidher li meta raw li l-ambulanza kienet se ddum daqstant biex tiġi għall-anzjana, hi ddaħħlet f’daħla ta’ dar fil-qrib.

Sa ftit minuti ilu il-Pulizija ma setgħux jikkonfermawlna jekk l-anzjana issaa tteħditx l-isptar.