Internazzjonali Mużika

Bye Bye Minaj?

Ir-rapper kontroversjali u ta’ fama internazzjonali Nicki Minaj qed tgħid li ddeċidiet li se tirtira biex trabbi familja.

Minaj bħalissa qegħda f’relazzjoni ma Kenneth Petty u tat x’tifhem li hemm pjanijiet għal żwieġ fil-futur qrib.

Ir-rapper ta’ 36 sena u li kienet ġiet innominata kemm-il darba għal Grammy Awards, dehret ukoll f‘diversi films ta’ Hollywood u għandha wkoll programm tagħha fuq ir-radju.

Sa issa hi għadha ma qalitx eżatt minn xiex se tkun qed tirtira u hemm ukoll dubji dwar jekk hux verament se tkun qed tirtira.