In-numru ta’ mejta fil-Bahamas mistenni jkompli jikber u uffiċjali se jibagħtu madwar 200 body bag hekk kif id-devastazzjoni li ħalla warajh l-uragan Dorian għadha qed tibda’ tinkixef.
Sa issa huma 30 il-persuna dikjarati mejta iżda huma mijiet jekk mhux eluf il-persuni li għadhom meqjujsa nieqsa, b’konsegwenza li hemm possibbiltà kbira ħafna li n-numru tal-mejta huwa filfatt ferm akbar minn dak li ntqal s’issa.
L-agħar milquta kienu l-gżejjer Abaco u Grand Bahama.
Dorian laħaq il-qilla tiegħu bejn il-Ħadd u t-Tlieta, biex issa laħaq ix-xtajtiet ta’ North u South Carolina. Madankollu, l-uragan laħaq tilef ħafna mis-saħħa tiegħu.
Il-Ħamis, il-Ministru tas-Saħħa Duane Sands wissa li l-pubbliku jrid iħejji ruħu għal informazzjoni xokkanti dwar in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom u l-ħsarat kbar li ġġarbu.
L-irwiefen tal-uragan laħqu veloċità ta’ 185 mil jew kważi 300 kilometru fis-siegħa.
//= $special ?>