Lokali

Għalfejn qed jgħidulu hekk lil Ian Borg?

Bosta mhux kuntenti għall-mod kif il-Ministru Ian Borg qed jeqred l-ambjent biex jagħmel spazju għat-twessiegħ tat-toroq.

Bosta mhux kuntenti għall-mod kif il-Ministru tal-Infrastruttura qed jgħaddi gaffa minn fuq kulħadd u ma jisma’ lil ħadd biex tgħaddi tiegħu.

Bosta mhux kuntenti għall-mod kif xorta qed ikompli jiżdied it-traffiku f’pajjiżna b’mod allarmanti.

Pero issa, Ian Borg u l-Gvern tiegħu nieda konsultazzjoni pubblika biex jirregolarizza is-settur ta’ ġarr tal-passiġġieri jew merkanzija sabiex ikun hemm kompetizzjoni ġusta fis-servizz. Il-maġġoranza ta’ dawk affetwati se jkunu l-karozzi tal-cab services.

Dan is-servizz provdut minn 844 operatur, uħud minnhom permezz ta’ app fuq il-mobile fejn huma aktar minn 19,000 vettura reġistrati fit-toroq Maltin li jipprovdu dan is-servizz.

B’dak propost, l-operatur li jkun qed jipprovdi servizz bix-xufier ta’ trasport għall-passiġġieri, jiġifieri servizzi ta’ cabsmhux se jkun jista’ jopera fis-settur tal-kiri tal-vetturi.

“Trid tkun reġistrata mal-Awtorità, jew inkella d-digital platform stess ikollha liċenzja hi ta’ operatur. B’hekk kull driver irid ikun impjegat ma’ operatur ma jistax ikun self employed.” – qal Brian Farrugia – Id-Direttur Regolatorju mid-Direttorat tat-Trasport.

Fil-każ tal-vetturi għall-passiġġieri, il-liċenzja tal-operatur se tiswa €200 kull sena, u vettura li tintuża għall-ġarr tal-passiġieri ma jistax ikollha aktar minn 10 snin.

Ix-xufiera jridu, fost oħrajn, jagħmlu kors ta’ ġimgħa li jiffoka fuq customer care, u jridu jkunu jafu l-Malti u/jew l-Ingliż.