Ambjent Lokali

Iktar spazju għal iktar karozzi; l-ebda siġra u aktar tniġġis fl-arja

Il-Ministru Ian Borg inawgura t-twessigħ tat-triq li minn Ħal Luqa twassal lejn Santa Lucija – triq kompletament imneżża mis-sigar, u mingħajr bicycle lane.

Kif ħareg ċar fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Gvern qed jonfoq miljuni biex jinħoloq aktar spazju għal eluf ta’ karozzi…u aktar tniġġis fl-arja. Bil-bottlenecks evidentament se jibqgħu jagħmlu s-sitwazzjoni agħar milli diġa hi.

Filfatt staqsejna lill-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg propju dwar dan iżda hu staqsiena x’inhuma bottlenecks.

Wara li fehmna lill-Ministru xi jfissru bottlenecks, hu ma tax garanzija li l-miżuri li qed jieħu huma soluzzjoni.

Preciżament f’din it-triq kienu tneħħew numru kbir ta’ siġar…..għalkemm qed jingħad li fil-ġimgħat li ġejjin, Infrastructure Malta se tħawwel 175 siġra f’post ieħor.

Esperti jgħidu li dan m’għandux l-istess efett li għandha siġra matura li titħalla f’posta. Pero mhux l-esperti biss… anke Ian Borg ammetta dan.

Ċertu siġar jieħdu 10 snin biex jimmaturaw, oħrajn jieħdu 30 sena. Sa ma jasal iz-zmien li dawn is-sigar li qed jitħawwlu issa jimmaturaw…. f’Malta se jkunu żdiedu aktar minn 33,000 karozza fis-sena.

Ritratt: Martin Agius