Internazzjonali

Imut l-eks President taż-Zimbabwe Robert Mugabe

Tħabbret il-mewt tal-eks President taż-Zimbabwe Robert Mugabe. L-Aħbar kienet ikkonfermata mill-membri tal-familja tiegħu. Mugabe miet fl-eta’ ta’ 95 sena u f’dawn l-aħħar xhur, saħħtu kienet marret lura.

Mugabe dam President ta’ pajjiżu għal iktar minn 30 sena iżda mal-medda taż-żmien, minn eroj tal-Indipendenza hu spiċċa biex imexxi lill-pajjiżu b’id tal-ħadid u daħħal diversi policies li faqqru wieħed mill-iktar pajjiżi mogħnija b’riżorsi fil-kontinent Afrikan.

Robert Mugabe kien tneħħa mill-poter permezz ta’ kolp ta’ stat f’Novembru tal-2017.