Lokali

It-tieni traġedja f’anqas minn 24 siegħa; barrani jaqa’ sitt sulari

Waqa' minn gallarija ta' appartament fil-Gżira

Olandiż ta’ 24 sena miet traġikament wara li fis-sigħat bikrin tal-ġimgħa filgħodu waqa’ minn gallarija ta’ appartament. It-traġedja seħħet għall-ħabta tat-3am fi Triq Sir Hildebrand Oakes, fil-Gżira.

Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fil-post u minn investigazzjoni preliminari irriżulta li ż-żagħżugħ Olandiż kien waqa’ għoli ta’ madwar sitt sulari. Qabel ħabat mal-art, ir-raġel waqa’ fuq karozza li kienet ipparkjata biswit il-blokk tal-appartamenti bil-konsegwenza li taret il-mera tal-ġenb tal-karozza.

Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fl-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.

Ritratt: Martin Agius