Illum għall-ħabta tal-10:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm weġġa’ persuna f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Santa Margerita, is-Siġġiewi.
Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li Albaniż ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq kien allegatament waqa’ għoli ta’ madwar metru u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-Albaniż ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>