Futbol Sport

Iż-żgħażagħ Maltin jiftħu l-impenji llum minn Grupp 8 kontra l-Irlanda ta’ Fuq

Illum it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jibda l-impenji tiegħu fi Grupp 8 mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew b’konfront kontra l-Irlanda ta’ Fuq. It-tieni konfront jintlagħab kontra l-Ukrajna fi grupp jinvolvi wkoll lid-Danimarka, il-Finlandja u r-Rumanija.

Fl-aħħar xhur, il-kowċ nazzjonali Silvio Vella kien qed jaħdem fuq skwadra ġdida wara li diversi plejers spiċċaw mill-kategorija. Huma kellhom żewġ partiti ta’ ħbiberija fl-Albanija s-sena l-oħra, rebħa kontra t-Turkmenistan u telfa minima kontra l-Kosovo waqt il-kamp ta’ taħriġ fit-Turkija f’Marzu li għadda u draw ta’ 0-0 kontra l-Bożnija f’Ta’ Qali f’Ġunju li għadda.

“Il-plejers jinsabu f’ambjent tajjeb iżda issa konċentrazzjoni hi kruċjali. Irridu nevitaw żbalji bażiċi, inżommu l-pożizzjoni tattika filwaqt li nagħmlu xogħlna tajjeb fil-kontrattakki. Il-livell tal-avversarji hu b’saħħtu, simili tal-aħħar avversarji fil-partiti ta’ ħbiberija jiġifieri l-Kosovo u l-Bożnija, fejn urejna impenn mill-aqwa u sofrejna biss gowl fiż-żewġ logħbiet,” qal Silvio Vella lis-sit uffiċjali tal-MFA.

L-iskwadra Maltija

Gowlkipers: Timothy Aquilina (Gudja United), Andreas Vella (Mosta), Duncan Formosa (St. Andrews)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Gary Camilleri (Balzan), Kyle Gatt (Mosta), Karl Grech (Balzan), Nicholas Pulis (Valletta), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Kurt Shaw (Sliema Wanderers)

Midfielders: Ayrton Attard (Hibernians), Myles Beerman (Hibernians), Zachary Cassar (Gudja United), Marcus Grima (Balzan), Jan Tanti (Senglea Athletic), David Xuereb (Senglea Athletic), Jamie Zerafa (Santa Lucia)

Attakkanti: Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Floriana), Omar Elouni (Santa Lucia), Aidan Friggieri (Gudja United)

Logħob li jmisss

Illum – The Showgrounds, Ballymena: Irlanda ta’ Fuq v Malta 8.30pm

It-Tlieta – Metallurh Zaporizhia Stadium: Ukrajna v Malta 5.30pm