VJ Salomone Pharma Ltd bħala distributuri lokali ta’ Entresto insistew li ma kien hemm l-ebda bidla fil-prezz tal-mediċina Entresto. Dan qaluh f’ittra mibgħuta lil dan is-sit, bi tweġiba għal artiklu ppubblikat ftit tal-jiem ilu.
“Mir-ritratt hu evidenti li din il-konfużjoni nħolqot minħabba żball ġenwin tal-iprezzar fuq il-prodott mill-ispiżerija partikolari”, tgħid l-ittra.
Jirriżulta li sa minn meta din il-mediċina daħlet fis-suq fis-sena 2016, il-prezz ta’ kull kaxxa li fiha 56 pillola minn dejjem kien €144.90 u mhux kif indikat fuq il-kaxxa.
Il-mediċina Entresto hi indikata għall-kura ta’ insuffiċjenza sintomatika kronaka tal-qalb bi frazzjoni mnaqqsa ta’ tfigħ ‘il barra. Din il-mediċina mhix indikata għaċ-ċirkolazzjoni jew il-pressjoni fid-demm.
L-ittra tħeġġeġ lill-pazjenti sabiex dejjem jikkonsultaw lit-tabib tagħhom.
//= $special ?>