Id-darbtejn rebbieħa Olimpika fit-800 metru Caster Semenya ngħaqdet ma’ klabb tal-futbol fl-Afrika ta’ Isfel. L-atleta ta’ 28 sena ma tistax tikkompeti mingħajr ma tieħu livell għoli ta’ testosterone wara bidla fir-regola mill-IAAF.
Dan ifisser li ma tistax tiddefendi l-Kampjonat tad-Dinja f’Doha dan ix-xahar, minkejja li qed tissielet il-bidla fil-qrati. Hi qed titħarreġ ma’ JVW iżda ma tistax tilgħab qabel l-istaġun tal-2020 minħabba li ngħaqdet mal-klabb barra s-suq tat-trasferimenti.
Il-klabb JVW ġie ffurmat fl-2013 mill-captain preżenti tal-Afrika ta’ Isfel Janine van Wyk bl-għan li tidentifika, tiżviluppa, ittejjeb u tesponi plejers nisa. Van Wyk qalet li Semenya għadha ma rtiratx.
Semenya mhix l-ewwel atleta li qelbet għall-futbol. Wara li rtira fl-2017, Usain Bolt tħarreġ mal-klabb Norveġiż Stromsgodset u l-Awstraljani ta’ Central Coast Mariners iżda ma kisibx kuntratt professjonali. Semenya qed isegwi l-passi tal-eks kowċ tagħha Maria Mutola li wkoll qelbet għall-futbol wara l-atletika.
L-IAAF introduċiet bidla fir-regola għaliex argumentat li atleti nisa li għandhom żvilupp sesswali differenti bħal Semenya, qed ikollhom vantaġġ kompetittiv. L-atleti jridu jew inaqqsu l-medikazzjoni li jieħdu għat-testosterone biex jikkompetu fil-kompetizzjonijiet bejn l-400 metru u l-mil jew jibdlu d-distanza.
//= $special ?>