Gianni Galea Curmi, goalkeeper żagħżugħ Malti li qed jiprometti ħafna, sab ruħhu fuq poster internazzjonali ewlieni tal-waterpolo.
Dan ir-reklam ħareġ minn Spanja fejn bħalissa qed isir turnew internazzjonali bl-isem ta’ Barcelona International Waterpolo Turbu Cup li hi kompetizzjoni għal timijiet tal-irġiel ta’ taħt it-18-il sena u timijiet tan-nisa tal-kbar.
Din il-kompetizzjoni ssir fil-Pixxina Municipal de Montjuic f’Barcelona.
Bħalissa, Gianni jinsab fi Spanja flimkien ma sħabu tat-team ta’ Sirens.
//= $special ?>