Sport Sport Ieħor

Mark Spiteri jikseb il-bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-Veterani tat-Ten Pin Bowling

Mark Spiteri (it-tieni mil-lemin)

Mark Spiteri rebaħ il-midalja tal-bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-Veterani li qed tintlagħab bħalissa f’Las Vegas. Wara li spiċċa fit-tielet post minn 159 plejer fejn lagħab b’medja għolja ta’ 223 punt, Spiteri kellu jilgħab kontra l-Amerikan Lennie Boresch.

Din kienet taqtigħa missielta sas-seba’ frame, iżda żball żgħir ta’ Spiteri wassal biex Boresch rebaħ 246-223, bl-istess plejer jirbaħ it-Tazza tad-Dinja meta għeleb lill-Kanadiż Michael Snow. It-Tazza tad-Dinja tkompli bid-doubles, l-avveniment tat-timijiet u l-Masters.