Futbol Sport

Ray Farrugia jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni tal-penalty

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Żażu Farrugia esprima t-tħassib tiegħu għad-deċiżjoni tar-referee mill-Moldova li jordna l-penalty qabel tmiem l-ewwel taqsima li wassal għat-tieni gowl tan-Norveġiżi skorjat minn Joshua King.

Il-ġurnalist ta’ media.link communications Christian Micallef tkellem ukoll mal-attakkant Kyrian Nwoko dwar din id-deċiżjoni fejn ukoll esprima d-dubju dwar id-deċiżjoni u sejjaħ il-kuntatt bħala wieħed “soft.”

Fil-konferenza stampa ta’ wara l-logħba, Farrugia laqqam il-prestazzjoni tat-tim Malti bħala waħda tajba u kien sodisfatt bl-impenn tal-plejers Maltin. Mistoqsi mill-ġurnalisti Maltin dwar l-għażla tiegħu, Ray Farrugia qal li ma għandu l-ebda rimors, anki dwar il-pożizzjoni ta’ Rowen Muscat li kien utilizzat aktar offensiv.

Intant dwar il-kundizzjoni ta’ Zach Muscat, jidher li qed isofri minn dead leg u hu mifhum li f’dawn il-jiem it-tobba se jkunu qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jirkupraw lid-difensur Malti għall-konfront li jmiss kontra r-Rumanija.