Bosta qraba u ħbieb esprimew id-dieqa tagħhom fuq il-midja soċjali wara l-aħbar li ċ-ċkejkna Enrica Mifsud Bonnici tilfet il-battalja kontra l-marda qerrieda tal-kanċer, fl-età tenera ta’ 13-il sena.
It-tfajla, li tiġi neputija ta’ Dr. Paula Mifsud Bonnici, baqgħet dejjem bi tbissima fuq wiċċha u ġiet deskritta bħala anġlu li kienet qalbiena biżżjjed u mimlija kuraġġ taffaċja dina l-marda.
Enrica kienet qed tissielet din il-battalja fl-Ingilterra meta għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem.
Kienu bosta dawk li sellmu l-memorja għażiża tagħha, fosthom għadd ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista u ħbieb tal-familja Mifsud Bonnici.
//= $special ?>