Internazzjonali

Traġedja fil-Ġermanja: tfajjel fost il-mejta

4 persuni fosthom tfajjel s’issa ġew ikkonfermati mejta wara li ntlaqtu minn karozza li spiċċat fuq il-bankina fil-qalba tal-Belt Kapitali Ġermaniża, Berlin.

Dan hekk kif għal xi raġuni vettura tat-tip ‘Porsche’ spiċċat tinstaq fuq il-bankina bil-konsegwenza li tajret dawk il-persuni li dak il-ħin kien hemm quddiemha.

Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi li taw il-kura lil dawk kollha li kien hemm fuq il-post fosthom ukoll is-sewwieq tal-vettura sportiva li ttieħed l-isptar u ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Filwaqt li r-raġuni wara dan l-inċident għadu qed jiġi investigat kelliema għall-Awtoritajiet konċernati saħqu li mill-ewwel indikazzjonijiet kien inċident tat-traffiku, b’konsegwenzi sfortunati għall-aħħar.