Raġel ta’ 70 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li safa milqut minn vettura ta’ tip Peugeot 3008 misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti ż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Barrieri ż-Żurrieq stess.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>