Ambjent Lokali

“Dan il-pajjiż għandu bżonn bidla”

“Dan il-pajjiż għandu bżonn bidla”

“Qed inkissru l-identità tagħna”

“Waqqfu l-egoiżmu għall-ġid tal-poplu Malti”

… Kienu dawn uħud mill-ħafna messaġġi waqt protesta fil-Belt Valletta.

“Iż-żejjed kollu żejjed”

Protesta fil-Belt Valletta, li kienet organizzata minn Moviment Graffiti u 66 grupp ieħor, f’għajta waħda kontra l-kostruzzjoni eċċessiva, żvilupp ta’ toroq u infrastruttura bla rażan… Protesta favur l-ambjent.

Net News tkellimna ma’ Wayne Flask minn Moviment Graffiti li qalilna li “il-folla inġabret biex tiprotesta kontra l-eċċessità tal-industrija tal-kostruzzjoni… xi ħaġa li ilha għddejja għal ħafna ħafna żmien”

Flask kompla jgħid li “Mill-ammont ta’ nies li attendew illum din ir-rabja hija xi ħaġa li l-awtoritajiet għandhom jibdew jikkunsidraw verament u ma jibqgħux skjavi ta’ klikka żgħira ta’ nies bil-flus li tiddomina dan il-pajjiż”

 “Jekk mhux se jkun hawn kontroll se jiġru iktar traġedji … dawn diġa ġraw u l-affarijiet baqgħu għaddejin qisu xejn m’hu xejn” Temm jgħid Wayne Flask.

Moviment Graffiti qalu li dan hu biss il-bidu tal-ġlieda favur il-ġżejjer tagħna għaliex il-poplu biss jista’ jwaqqaf din l-arroganza. “Mhux se tibqgħu għaddejin minn fuqna bħal gaffa” qal Andre Callus fid-diskors tiegħu.

Indirzzaw il-folla li qabżet it-3,000 ruħ bosta kelliema oħra;

Ramblers Association iddikjaraw li ser ikunu qed iżidu l-isforzi tagħhom biex ma jħallux lill-pajjiż jinqered kawża ta’ dan l-iżvilupp bla rażan.

Mark Sultana minn BirdLife Malta saħaq li Malta sar l-iktar pajjiż b’bini fih fl-Unjoni Ewropea fejn issa tlajna għal 33%. Hu qal li għalekk siġra waħda, għalina tfisser ħafna aktar minn dawk ta’ pajjiżi oħra għaliex kawża ta’ li qed jiġri f’Malta, għandna rekord ta’ tniġġis fl-arja.

Indirizzaw il-folla wkoll bosta residenti fosthom resident ta’ Pembroke li qed jistennew proġetti massiċċi qrib ir-residenzi tagħhom u oħrajn li fl-aħħar ġimgħat tilfu djarhom minħabba l-kostruzzjoni bla pjan li saret biswit ir-residenzi tagħhom.

Huma saħqu li mhux biss tilfu djarhom talli issa ma jistgħux jgħixu fihom għaliex jista’ jidħol kulħadd fihom barra huma tant li qed jinsterqulhom affarijiet.

F’din il-protesta semmgħu l-ilmeti tagħhom ukoll il-bdiewa li qed jitilfu l-għelieqi tagħhom kawża ta’ twessigħ ta’ toroq.

Inżamm ukoll mument ta’ silenzju b’tislima lil Magie Smith.. l-anzjana li inqabdet f’darha meta sfronda l-bini fil-Mellieħa… mara li “kawża tal-kostruzzjoni mietet fl-inkwiet u mhux fil-kumdità ta’ darha,” stqarrew l-organizzaturi tal-protesta.