Fl-Istati Uniti mijiet ta’ persuni qed jaħtfu l-opportunità ta’ temp iktar kalm biex jaħarbu minn dawn il-gżejjer li sofrew devastazzjoni minħabba l-Urugan Dorian.
Dan waqt li eluf oħra qed jittamaw li jiġu evakwati fost sitwazzjoni ta’ kiżi umanitarja.
S’issa, l-ammont ta’ vittmi fil-Bahamas tela’ għal 43 persuna, għalkemm dan mistenni jiżdied hekk kif hemm għexieren oħra mitlufa.
Waqt li bdew l-evakwazzjonijiet, fil-portijiet bdew jinġabru eluf ta’ persuni, ferm iktar milli kien possibbli li jittieħdu mill-post.
Is-sitwazzjoni tant kienet kaotika li l-Prim Ministru Hubert Minnis kellu jżur l-inħawi biex jappella għall-kalma.
//= $special ?>