Kwistjoni ġdida madwar Facebook hekk kif is-sit tal-midja soċjali, li hu ferm popolari anke f’Malta, qed jaffaċċja investigazzjoni ġdida.
Dan hekk kif fl-Istati Uniti, numru ta’ Avukati Ġenerali ta’ stati differenti fetħu investigazzjoni dwar l-impatt ta’ Facebook fuq il-prezzijeit tar-riklamar, id-data miġbura, il-privatezza tal-klijenti kif ukoll ix-xiri ta’ kumpaniji oħra bħal Instagram u WhatsApp.
Fost oħrajn irid jiġi stabbilit jekk, bis-sistemi ta’ ġbir ta’ data għal skop ta’ riklamar, Facebook ikkompromettiex jew poġġiex f’riskju lil dawk li jużaw din il-pjattaforma tal-midja soċjali.
L-investigazzjoni tinvolvi tmien Avukati Ġenerali ta’ stati differenti, jiġifieri dawk ta’ New York, Colorado, Florina, Iowa, Nebraska, North Carolina, Ohio u Tennessee. Dan apparti d-distrett ta’ Kolumbja.
Sadattant Facebook, fi stqarrija uffiċjali, ħabbar li se jkun involut b’mod kostruttiv f’din l-investigazzjoni.
Fil-jiem li ġejjin investigazzjoni simili mistennija tinfetaħ minn grupp ta’ stati fil-konfront ta’ Google, bil-prattiċi tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mar-riklamar.
Dawn l-investigazzjonijiet immexxija minn stati differenti fl-Istati Uniti mistennija jkomplu u jinvolvu wkoll siti ewlenin li joperaw madwar id-dinja.
Dan hekk kif qed iqum tħassib li kumpaniji kbar bħalma huma Facebook u Google qed jikkaw#aw problemi lill-kompetizzjoni ġusta.
Il-kumpanija Google filfatt kienet akkużata mill-Avukat Ġenerali ta’ Louisiana li bid-dominju tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riklamar online, ħolqot sistema li biha tkun tista’ tagħżel min jiggwadanja u min le.Dan b’riskju li jinqered ir-riklamar online jew li Google jikkontrolla min jibqa’ jopera jew le fis-setturi rispettivi.
//= $special ?>