Formula 1 Sport

Leclerc jagħmel l-aħjar ħin f’Monza f’sessjoni differenti mis-soltu

(Ritratt: Scuderia Ferrari Press Office)

Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc kiseb il-pole position għall-Grand Prix tal-Italja wara li rreġistra l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Monza quddiem il-partitarji Ferraristi. Charles Leclerc se jibda mill-pole position fil-Grand Prix tal-Italja wara li rreġistra l-aħjar ħin f’Monza ta’ 1:19.307. Din kienet ir-raba’ pole position għas-sewwieq minn Monaco u l-21 waħda f’dan iċ-ċirkwit għat-tim Taljan.

It-tielet fażi ta’ kwalifikazzjoni kienet ferm differenti mis-soltu hekk kif fl-aħħar żewġ minuti s-sewwieqa kollha naqqsu mill-veloċità biex ifittxu l-kantuniera u jżidu l-veloċità, bil-bandiera tat-tmiem tilħaq tixxejjer qabel setgħu jtejbu l-ħin li għamlu fl-ewwel parti tal-aħħar fażi.

Lewis Hamilton se jibda ħdejn Leclerc fl-ewwel filliera, bis-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Valtteri Bottas jagħmel it-tielet l-aħjar ħin segwit minn Sebastian Vettel. Fit-tielet filliera se jibdew il-koppja ta’ Renault magħmula minn Daniel Ricciardo u Nico Hulkenberg segwiti minn Carlos Sainz ta’ McLaren u Alexander Albon tar-Red Bull li l-anqas irnexxielu jagħmel dawra.

Kimi Raikkonen se jibda mid-disa’ post wara li fit-tielet fażi tilef il-kontroll tilef il-kontroll tal-karozza. Max Verstappen se jibda mill-aħħar post wara li f’Monza bidel ir-raba’ power unit tal-istaġun. L-aħħar dawra tinsab taħt investigazzjoni.