Grupp ta’ membri parlamentari fir-Renju Unit qed iħejju azzjoni legali kemm il-darba l-Prim Ministru Boris Johnson jirrifjuta li jipposponi Brexit.
Dan wara li din it-talba tressqet quddiem il-Parlament Ingliż u għaddiet b’vot, għalkemm il-Prim Ministru Ingliż iddikjara li jippreferi li jsibuh mejjet f’ditch, milli jdaħħalha fis-seħħ.
L-abbozz issa mistenni jikseb ukoll appoġġ irjali, meqjus bħala timbru finali biex jidħol fis-seħħ.
Rapporti fir-Renju Unit jgġidu li l-grupp ta’ parlamentari, li ġejjin minn partiti differenti inkluż dawk mill-istess partit ta’ Johnson li kienu tkeċċew, diġa għaqqdu tim legali.
Filfatt jingħad li huma lesti għall-eventwalità li jkollhom imorru l-Qorti biex jinfurzaw it-talba li Brexit ikun pospost sa’ Jannar.d0 Colorful Gri
//= $special ?>