Sport Waterpolo

Marsaskala jagħmlu doppjetta fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Stefan Abela/BOV)

MARSASKALA FISH AND FISH…….. 13 VALLETTA VIDEOSLOTS……… 13

(Marsaskala rebħu 4-3 bl-għoti tal-penalties)

(4-2), (3-5), (5-4), (1-2)

Marsaskala Fish and Fish rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2015 meta bl-għoti tal-penalties rebħu t-tieni finali tal-play-off kontra Valletta Videoslots.

B’hekk huma għamlu doppjetta fi staġun li se jibqa’ memorabbli minħabba li ma kinux fost il-favoriti. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Valletta li kellhom staġun diżastruż u għalkemm tjiebu mill-aħħar logħba, ma kienx biżżejjed biex jitilfu għar-raba’ darba kontra Marsaskala.

Marsaskala kellhom vantaġġ ta’ 4-1 fl-ewwel sessjoni wara li Jovan Saric kien fetaħ l-iskor għal Valletta. Iżda l-Beltin għamlu rimonta tajba u wara li Cordina naqqas id-distakk, fit-tieni sessjoni Valletta skorjaw tliet darbiet konsekuttivi minn Charlie Zammit, Jovan Saric u James Spiteri Staines u marru 5-4 minn fuq. Il-vantaġġ inbidel darbtejn oħra sakemm Kristijan Milakovic għamel l-iskor 7-7.

Valletta marru 9-7 minn fuq fit-tielet sessjoni iżda Marsaskala dawru l-iskor bi tliet gowls konsekuttivi. It-tim ta’ Joe Sciortino ġab id-draw darbtejn iżda fiż-żewġ okkażjonijiet Milakovic ħalla lil Marsaskala gowl vantaġġ. Dmitri Kholod ġab id-draw kmieni fl-aħħar sessjoni, Jan Culic skorja għal Marsaskala iżda Peter Borg wieġeb għal Valletta biex il-partita kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties.

Dmitri Kholod kellu l-penalty salvat iżda Max Aquilina falla t-tielet penalty ta’ Marsaskala. Peter Borg u Konstantin Averka skorjaw u x-xutt ta’ Michael Cordina ħabat mal-wieqfa biex Milakovic skorja l-gowl rebbieħ. Fi tmiem il-logħba, l-Eżekuttiv tal-BOV Ray Debattista ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Marsaskala Liam Grixti.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), M. Manara (1), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro (1), K. Milakovic (5), K. Averka (3), J. Culic (1), R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg, L. Felice, J. Ciantar

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines (2), A. Agius, P. Borg (2), A. Bianchi (1), R. Mock, D. Paolella, J. Saric (3), M. Cordina (2), M. Zammit, D. Kholod (1), N. Farrugia, R. Bonnici, C. Zammit

Referees: Ronnie Spiteri, Riccardo D’Antoni