Lokali

Tifel isofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bi scooter

Ritratt: Martin Agius

Tifel ta’ 14-il sena kellu jittieħed l-Isptar għall-kura wara inċident li seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Għarriqin, li tagħti lejn l-Imdina.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li t-tifel kien qed jilgħab ma xi tfal oħra meta waqa’ minn fuq scooter, tkaxkar mal-art u ħabat rasu.

Għal xi ħin it-tifel intilef minn sensieh u ngħata l-ewwel għajnuna minn grupp ta’ ħaddiema li kienu fuq xogħol fl-inħawi.

It-tifel instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.