Sport Waterpolo

Exiles se jibdew l-esperjenza fil-LEN Euro League f’Ruma fil-bidu ta’ Novembru

(Ritratt: BOV)

Exiles se jibdew l-ewwel esperjenza tagħhom fil-Euro League tan-nisa organizzata mil-LEN f’Ruma bejn l-1 u t-3 ta’ Novembru. Huma telgħu fi Grupp A kontra SIS Roma tal-Italja, KINEF KIRISHI tar-Russja, Dunaujvaros tal-Ungerija u ZV De Zaan tal-Olanda.

Exiles se jsiru l-ewwel tim Malti li jikkompeti f’din il-kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs tal-waterpolo. Huma kellhom staġun mill-aqwa hekk kif rebħu l-kampjonat għat-tielet sena konsekuttiva filwaqt li kisbu wkoll in-knock-out u s-super cup fi staġun li fih ma tilfux.

Tags