Lokali

FILMAT: Xena mhux tas-soltu; denfil fl-ibħra Maltin

Għawwiema u nies fuq dgħajjes fejn il-Blue Grotto raw xena mhux tas-soltu hekk kif ittawwlilhom denfil blu fl-ibħra ta’ Wied iż-Żurrieq hekk kif jixhed il-filmat mibgħut lil NET News.

Din ma kinitx l-ewwel darba li xi Maltin irrapurtaw li raw denfil, iżda xorta waħda mhix xi xena komuni. Id-denfil huwa mammiferu illi mhux spiss jiffrekwenta l-ibħra Maltin.