Il-Budget għas-sena 2020 se jiġi ppreżentat it-Tnejn 14 ta’ Ottubru. Dan tħabbar dalgħodu mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt kollegament telefoniku fuq ir-radju Laburista.
Unions u Korpi Kostitwiti jridu li l-Budget, it-tielet wieħed f’din il-leġislatura ta’ Gvern Laburista, ikun Budget li ma jżidx it-taxxi anzi jitnaqqsu l-piżijiet u jiżdiedu l-benefiċji… fejn il-Gvern għandu pressjoni kbira fuqu biex jnaqqas l-ispejjeż tal-ħaddiema u l-familji.
Budget li jeħtieġ iħares lejn l-ambjent u l-kwalità tal-arja u Budget li permezz tiegħu suppost li Malta ġġib aktar investiment u l-fiduċja ta’ istituzzjonijiet barranin.
Dan il-Budget jasal fi żmien meta f’pajjiżna hawn madwar 79,000 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Iż-żmien meta qed nassistu għal diversi prezzijiet ta’ affarijiet bażiċi li dejjem qed jogħlew bħal fil-każ tal-prodotti tal-ħalib, il-mediċini, il-posta kif ukoll il-fuel. Għalhekk il-Gvern ta’ Joseph Muscat jinsab taħt pressjoni biex jagħti żieda sostanzjali għall-għoli tal-ħajja.
Dal-aħħar xhur rajna żieda kbira fl-ammont ta’ karozzi fit-toroq Maltin… konsegwenza li ta’ kuljum l-arja ta’ pajjiżna qed tispiċċa titniġġes.. dan b’detriment fuq is-saħħa tal-poplu Malti kollu. Fil-Budget li jmiss għalhekk wieħed jistenna li tinstab soluzzjoni għal dan kollu…. u mhux ikomplu jitqaċċtu iktar siġar mit-toroq Maltin.
Fis-settur tas-saħħa, il-poplu Maltin jistenna li l-prezzijiet tal-mediċini ma jkomplix jgħolha kif ukoll li l-Isptar Monte Karmenli jingħata d-dinjita li jistħoqqlu u jsir sptar li jixraq lill-pazjenti tiegħu.
Settur li jaffettwa lil ħafna Maltin huwa dak tal-edukazzjoni, fejn in-nies jistennew li fil-Budget li jmiss tingħata iktar seħal il-moħħ lill-ġenituri li uliedhom ikollhom l-aqwa edukazzjoni minn għalliema professjoniali.
F’dawn il-ġimgħat li ġejjin l-aspettativi tal-Maltin se jkunu ħafna… però rridu nistennew sal-14 ta’ Ottubru biex naraw kemm daw l-aspettativi se jintlaħqu jew le!
//= $special ?>