Raġel Indjan ta’ 26 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum f’Manoel Island. Din hija t-tieni fatalità l-ibħra Maltin fi żmien ftit sigħat.
Minn informazzjoni li waslitilna jidher li l-Indjan kien qed jgħum iżda wara ftit tal-ħin għall-ħabta tas-1.40pm, ma deherx iktar. Dawk li kienu fuq il-bajja immedjatament ċemplu lill-Pulizija għall-għajnuna.
Fuq il-post waslu wkoll membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Iktar informazzjoni hekk kif taslilna.
//= $special ?>