Ir-raġel ta’ 58 sena, residenti s-Sannat, ħarablu l-għoġol u jidher li sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jipprova jsegwih.
Il-Pulizija ssejħet fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħarab l-għoġol, waqt l-inċident ir-raġel sofra xi ġrieħi u kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn imbagħad ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30pm bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fit-Triq Dun Pawl Micallef, ir-Rabat, Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>