L-Italja għamlet pass importanti li tikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla meta kisbet rebħa diffiċli ta’ 2-1 barra minn darha kontra l-Finlandja. B’hekk it-Taljani baqgħu b’punti massimi wara sitt logħbiet.
It-tim ta’ Roberto Mancini fetaħ l-iskor fid-59 minuta meta Federico Bernardeschi tefa’ kross mil-lemin lejn CIRO IMMOBILE li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lil Lukas Hradecky biex skorja l-ewwel gowl mat-tim Taljan wara nuqqas ta’ sentejn.
il-Finlandja ġabet id-draw fit-72 minuta meta ġustament ingħatat penalty wara li Stefano Sensi waqqa’ lil TEEMU PUKKI fil-kaxxa, bl-istess plejer jegħleb lil Donnarumma b’xutt ċentrali. Iżda t-Taljani ngħataw penalty ukoll sitt minuti wara meta xutt ta’ Nicolò Barella ġie ġġudikat li ħabat ma’ id Sauli Vaeisaenen u kien biżżejjed biex jiġi ordnat penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu JORGINHO li skorja b’xutt fil-baxx fuq il-lemin tiegħu.
Riżultati kollha
Grupp D: Georgia v Danimarka 0-0, Żvizzera v Ġibiltà 4-0
Grupp F: Rumanija v Malta 1-0, Spanja v Gżejjer Faroe 4-0, Żvezja v Norveġja 1-1
Grupp J: Armenja v Bożnija 4-2, Finlandja v Italja 1-2, Greċja v Liechtenstein 1-1
//= $special ?>