Il-Gvern ma jistax jibqa’ jmexxi mingħajr strateġija fit-tul, ma jistax jibqa’ jinjora l-effetti fuq it-turiżmu, id-daqqa fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, l-effett ta’ bini bla rażan, u r-realta’ tal-faqar f’pajjiżna.
Dan kollu joħroġ mid-Dokument ta’ Qabel il-Budget illi ppubblikat l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), u li fih l-istess assoċjazzjoni tixgħel diversi bozoz ħomor għall-ekonomija tagħna.
Fuq kollox, l-MEA tinsisti fuq dak li ilu xhur sħaħ jitkellem fuqu l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni – il-bżonn li verament ikollna pjan ċar għall-pajjiż u strateġija fit-tul.
Id-dokument tal-MEA jitkellem fuq diversi punti importanti li bħala nazzjon jeħtieġ nindirizzaw immedjatament, fosthom:
- l-impatt taż-żieda fil-popolazzjoni
- il-bżonn li l-penjonanti jiġu inċentivati jibqgħu jaħdmu
- il-ħtieġa li l-kors ta’ għalliem ikun iqsar
- l-ammont ta’ ħaddiema kunsidrati “żejda” fis-settur pubbliku
- li jkun hemm inqas ħaddiema fiċ-Ċivil, b’pagi aħjar
- il-ħlasijiet ta’ pagi lil persuni b’positions of trust isiru pubbliċi
- il-problemi li qed joħolqu d-direct orders
- il-kaos ta’ traffiku fit-toroq u l-problemi ta’ parkeġġ
L-MEA tagħmilha ċara li l-istrateġija ekonomika m’għandiex tibqa’ ibbażata fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema barranin, iżda fuq il-produttivita’ u l-effiċjenza fis-suq tax-xogħol.
//= $special ?>