Id-DJ Malti Randle Galea daħal fiċ-charts ta’ Mixcloud, is-sit tal-mużika ta’ DJs u preżentaturi tar-radju madwar id-dinja.
Sa jumejn DJ Randle kien fit-62 post taċ-charts għalkemm fl-aħħar sigħat il-produzzjoni tiegħu, Underground Lounge EP #14, qabdet ritmu tajjeb tant li telgħet sad-9 post.
Il-produzzjoni Maltija tinsab fiċ-charts tal-kategorija Progressive House Deep House Tech.
