Lokali

Iħallu Malta biex jibdew l-isfida tal-LifeCycle

It-Tnejn wara nofsinhar 23 ċiklist ħallew Malta biex jibdew l-esperjenza tagħhom ġewwa l-Vjetnam fejn se jagħmlu l-isfida ta’ 3in1 LifeCycle.

Dan hekk kif, għal din is-sena ċ-ċiklisti se jkunu fi tliet pajjiżi Asjatiċi; il-Vjetnam, Laos u l-Kambodja mit-12 sal-21 ta’ Settembru.

Iżda biex tispjegalna aħjar dwar dan, Net News tkellem maċ-chairperson ta’ LifeCycle Malta Foundation, Shirley Cefai.

Kuljum huma se jkunu qed jagħmlu madwar 200 kilometru u f’dawn il-jiem mistennija jsibu diversi sfidi.C

Din se tkun il-21 edizzjoni fejn din l-isfida ssir biex jinġabru flus għal persuni li jbatu minn problemi fil-kliewi.

Shirley Cefai tispjega xi tfisser għaliha din l-isfida.

Il-Life Cycle Challenge hi meqjusa fost l-għaxar sfidi l-iktar iebsa taċ-ċikliżmu fid-dinja kollha.