Lokali Mużika

“Mużika li tgħaqqad il-Mediterran”

L-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Stars Festival…. festival li se jlaqqa’ flimkien diversi artisti minn pajjiżi differenti minn madwar il-Mediterran fosthom mill-Italja, Malta, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Greċja u Spanja.

Proġett li permezz tal-mużika, se jgħaqqad il-Mediterran kollu flimkien, bil-lingwa komuni tkun il-muzika.

Dan il-Kunċert li se jixxandra live fl-Italja u f’pajjiżi oħra madwar il-Mediterran, qed jiġi deskritt bġala l-ikbar show li qatt sar f’pajjiżna b’line up kbir ta’ artisti.

Fost il-kantanti li se jieħdu sehem f’dan il-kunċert insibu lil Alessandra Amoroso, Gigi D’Alessio, Elisa, Francesco Gabbani, Mahmood, Max Pezzali, Umberto Tozzi,  Ira Losco, The Travellers u Cheb Khaled.

Il-kunċert se jkun bla ħlas u se jsir fl-4 ta’ Ottubru fuq il-Fosos tal-Floriana fit-tmienja ta’ filgħaxija, taht id-direzzjoni ta’ Bruno Santori.