Lokali

Nar jaħkem iċ-ċentru tad-distribuzzjoni f’Paceville – diversi lokalitajiet bla dawl

Iktar kmieni wara nofsinhar żviluppaw xi ħsarat fid-Distribution Centre ta’ Paceville, liema ħsarat ikkawżaw xi dħaħen li ġew ikkontrollati b’mod immedjat.

Filfatt fuq il-post intbagħtu l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jaraw li ma kienx hemm periklu.

Kaġun tal-ħsarat li żviluppaw fl-imsemmi Distribution Centre, bħala mezz ta’ sigurta’ u prekawzjoni biex jitwettqu t-tiswijiet meħtieġa, kien hemm interruzzjonijiet temporanji fil-provvista tal-elettriku fiż-żona ta’ Paceville.

Fi stqarrija, Enemalta plc ħabbret se tagħmel dak kollu possibbli biex tillimita xi inkonvenjent li jista’ jinħoloq kawża ta’ dawn it-tiswijiet.