Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jinstab mitluf minn sensih quddiem kjosk f’Tas-Sliema – misruqa eluf ta’ ewro

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7.30, instab raġel mill-Pakistan marbut u mitluf minn sensih quddiem kjosk f’Tas-Sliema fi Triq it-Torri.

Nies li tkellmu ma’ netnews qalulna li r-raġel jaħdem bħala watchman f’dan l-istess kjosk. Jidher li r-raġel kien attakkat waqt li safa misruq.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tal-4.30 ta’ filgħodu. Dak il-ħin żewġ irġiel mgħammda daħlu fil-kjosk fil-ħin li r-raġel Indjan kien qed inaddaf u jipprepara għall-għada. Huma ppuntaw arma tan-nar lejh filwaqt li qalulu biex ibattal is-safe u jagħtihom il-flus kollha li kien hemm… li jammontaw għal eluf ta’ ewro.

Ir-raġel, li tħalla marbut bit-tejp ma’ ħalqu għal madwar tliet sigħat ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn aktar tard ġie ċertifikat li sofra ġrieħi ħfief u kien rilaxxat ftit tas-sigħat wara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.