Terremot ta’ qawwa ta’ 4.5 fuq l-iskala Richter seħħ dalgħodu fl-04:57 fir-reġjun ta’ Kalabrija bl-epiċentru jkun qrib il-Marina di Fuscaldo, fil-provinċja ta’ Cosenza.
Il-fond huwa stmat li kien ta ‘madwar 267.3 Km.
Iċ-ċentru siżmiku ta’ Għar Dalam irreġistra dan it-terremot li nħass fil-baħar, fil-parti t’isfel tal-Italja.
L-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija tal-Italja, l-INGV qal li s’issa ma tidher l-ebda probbabilità li jsir terremot ieħor fir-reġjun.
S’issa m’hemm l-ebda rapporti ta’ ħsarat.
//= $special ?>