Lokali Saħħa

Affettwat is-servizz fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei

Illum bdew diversi direttivi miIl-UĦM Voice of the Workers wara xhur ta’ tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-Gvern – direttivi li qed jaffetwaw is-servizz tad-dentistrija, il-fizjoterapija, ir-radjologija, l-ispeech language pathologists, l-occupational therapists, il-Medical Laboratory Scientists u diversi servizzi ohra fl-isptarijiet.

Dan wara li l-Ġimgħa li għaddiet il-UHM, li għandha 58% tal-Allied Health Professionals imsiehba maghha, kitbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tat 24 siegħa ċans sabiex jingħata l-għarfien ewlieni lil din il-Union…bil-ghan li ma jkunx hemm aktar dewmien bla bżonn li jolqot lill-professjonisti kkonċernati.

Bħalissa kemm fl-Isptar Mater Dei  kif ukoll fiċ-Ċentri tas-Saħħa diversi professjonisti jinsabu wieqfa minn xogħolhom, filwaqt li testijiet bħall X-rays, CT Scans u dmija mhux qed isiru jew jinħadmu jekk mhux każi urġenti.