Futbol Sport

Aħbarijiet pożittivi għal Sinisa Mihajlovic

(Ritratt: EPA)

Sinisa Mihajlovic beda t-tieni perjodu ta’ kimoterapija biex jissielet il-lewkimja, ir-raġuni li Mihajlovic mhux se jkun preżenti fuq il-bank għall-impenn li Bologna jmisshom kontra Brescia. Iżda mill-klinika ta’ Sant’Orsola li fiha s-Serb qed ikun rikoverat, ħarġu aħbarijiet pożittivi. Dan hekk kif qalu li l-kundizzjoni klinika ta’ Mihajlovic hi tajba ħafna.

“L-aċċertamenti li saru qabel Mihajlovic ingħata l-permess biex joħroġ mill-klinika taw riżultati sodisfaċenti fl-ewwel perjodu tal-kimoterapija,” ġie spjegat mill-klinika. Mihajlovic ilu jingħata l-kura minn nofs Lulju meta ġie żvelat li qed isofri mil-lewkimja. Bl-aktar mod ammirevoli, Mihajlovic kien preżenti għall-ewwel impenn tal-kampjonat li Bologna kellhom barra minn darhom kontra Verona u ħamest ijiem wara mexxa lit-tim f’darhom kontra Spal.