Lokali Turiżmu

AIR MALTA: Jittardjaw aktar titjiriet

Drawwa ġdida biex jaħbu l-problemi bit-titjieriet tal-Air Malta, tidħol fil-websajt tal-Ajruport Internazzjonali u ma ssib l-ebda’ aġġornament dwar it-titjiriet tal-Air Malta ittardjati.

Dalgħodu biss tlett titjiriet telqu tard minn pajjiżna.

KM828 għal Tel Aviv, li kienet skedata għat-tluq fis-1.00am, filfatt telqet fis-2:21am.

It-titjira għal Heathrow, KM100 kellha titlaq fis-7.20am imma minflok telqet fit-8:07am.

Dik għal Manchester, KM146 li kellha l-ħin tat-tluq skedat għas-7.30am spiċċat telqet fit-8:37am

U KM116 b’destinazzjoni Gatwick telqet fid-9.00am minflok fit-8.40am.

Imma jekk tidhol tiċċekkja fuq il-websajt tal-MIA, la ssib il-ħin tat-tluq attwali u lanqas informazzjoni li t-titjira ġiet ittardjata. Minflok issib biss il-kelma Departing, li tibqa’ tidher għal ħin twil sakemm fl-aħħar l-ajurplan ikun verament ħalla pajjiżna.