Minħabba maltempata li qed tiżviluppa fuq il-Gżejjer Maltin, ħafna mill-bajjiet tas-salvataġġ f’Malta qed itajjru l-bandiera ħamra.
Dan huwa sinjal ta’ periku għall-għawwiema kollha u għalhekk huwa rrakkomandat ħafna li wieħed jevita ż-żoni miftuħa kollha.
Jekk is-sajjetti jolqtu l-ilma, dawn jistgħu jkunu fatali għal dawk fil-viċinanzi.
F’post li tefgħu fuq Facebook, il-Malta Red Cross talbet lill-pubbliku sabiex jjieħdu ħsieb li jsegwu l-istruzzjonijiet tas-salvagwardji u ma jinżlux il-baħar waqt maltempata
