Internazzjonali

Donald Trump: Daqshekk taħditiet mat-Taliban

epa03034552 A picture made available on 15 December 2011 shows masked Pakistani Taliban militants during exercises in lawless Pakistan-Afghanistan border area of Laddah in South Wazirsitan tribal agency, Pakistan, 11 December 2011. Reports state that Pakistan is under intense pressure to eliminate sanctuaries of Taliban and al-Qaeda fighters in its tribal region, as militants respond by intensifying attacks on security and government installations across the country. EPA/SAOOD REHMAN *** Local Caption *** 50145941

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, għamilha ċara li mhumiex se jkomplu t-taħditiet mal-militanti tat-Taliban bil-għan li tintemm il-gwerra ta’ 18-il sena fl-Afganistan.

‘Sakemm għandi x’naqsam jien, it-taħditiet huma lesti u konklużi’, qal Trump, wara li hu, fi tmiem il-ġimgħa, kien ħassar pjani sigrieti biex jilqa’ delegazzjoni tat-Taliban fl-Istati Uniti.

Id-deċiżjoni tal-President ittieħdet wara l-qtil ta’ suldat Amerikan mit-Taliban, b’kelliema għall-militanti Iżlamiċi jsostnu, wara, li ‘l-Istati Uniti se tispiċċa titlef l-aktar talli ħassret it-taħditiet’.

Il-President Trump kien qed jittama li jirtira lill-14,000 suldat Amerikan mill-Afganistan bħala tragward importanti tal-politika barranija tiegħu. Iżda hu, issa, qed jgħid li ‘filwaqt li l-Istati Uniti tixtieq li ġġib lil dawn is-suldati lura d-dar, dan għandu jsir fiż-żmien xieraq u opportun’.