Jekk il-massakru li sar f’diversi lokalitajiet madwar Malta ma kienx biżejjed, issa donnu li l-awtoritajiet qed iduru anke għas-siġar f’Għawdex. Fil-fatt fl-aħħar sigħat diversi ħaddiema kienu innutati jqaċċtu siġar li hemm fil-parkeġġ tal-bajja tax-Xlendi.
Filmati li tpoġġew fuq il-media soċjali juru l-qerda tas-siġar sabiex isir spazju għal aktar karozzi.
Jidher li l-iskuża tal-Ministeru t’Għawdex hi li s-siġar qed jitneħħew bħala parti minn master plan għaz-zona.
Filmat li tpoġġa’ fil-paġna GOZONE fuq Facebook