Sport Sport Ieħor

FILMAT: Stephen Paris jappella biex il-qaddiefa jingħataw iċ-ċans li jitħarrġu fil-Port il-Kbir

Il-President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor għamel appell biex dawk li jużaw il-Port il-Kbir jagħtu spazju lill-qaddiefa waqt it-taħriġ. Diversi qaddiefa u klabbs spiss jilmentaw mid-diffikultajiet li jsibu fil-Port minħabba li sar traffikuż wisq u dawk li jiffrekwentawh speċjalment għall-użu personali tagħhom, jibqgħu bid-deħlin b’10 knots, li għalkemm hu skont ir-regola, iżda meta jkun hemm dgħajsa tar-regatta, dik il-veloċità tista’ ttellef lill-qaddiefa.

Paris għamel referenza wkoll għal dak li kien qed jistenna mir-regatta tal-Ħadd li għadda. Hu stenna aktar minn ċertu dgħajjes f’ċertu tlielaq filwaqt li kkonferma s-saħħa ta’ Bormla. Iżda fl-istess waqt, hu kompla li l-polza għamlet ix-xogħol tagħha minħabba li skont minn fejn ikkompetew ħalla l-effett minħabba r-riħ.

(Ritratt: Martin Agius)
(Ritratt: Martin Agius)
(Martin Agius)