Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen preżentat id-dekasteri li se tkun qed tagħti lill-Kummissarji nominati mill-Gvernijiet Ewropej.
Helena Dalli, li ġiet nominata mill-Gvern Malti, se tkun qed tingħata r-responsabbilta’ tal-politika favur l-ugwaljanza. Fl-aħħar ħin, il-Kap tal-PN Adrian Delia stqarr li l-Oppożizzjoni se tappoġġja din in-nomina.
Adrian Delia stqarr li l-UE għamlet passi ‘l quddiem fejn tidħol l-ugwaljanza, iżda hemm bżonn aktar miżuri konkreti.
Id-dekasteri jridu jkunu approvati mill-Parlament Ewropew fil-ġranet li ġejjin.
